| ||||||||||||||||
| The procession with the Statue of Our Lady of the Rosary of Gudja is back in church, while the orchestra performs the most awaited antiphon. | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
| The 'La Stella' Band of Gudja concludes its march, while a replica of the church's statue is put on display over a decorated wooden column. | ||||||||||||||||
| Żvilupp tas-Soċjeta' Filarmonika 'La Stella A.D. 1919' tal-Gudja. | ||||||||||||||||
| Aktarx illi aħna kif nisimgħu bis-sena 1919, il-hsieb tagħna mill-ewwel imur fuq l-irvelljlet tas-Sette Gugnio. Iżda għall-Gudjani, is-sena 1919 tfakkarhom fi ġrajja storika oħra. Din hija t-twaqqif taċ-Circolo Musicale La Stella. Fl-1914 faqqgħet l-ewwel Gwerra Kbira li damet tkaxkar sa-sena 1918. Il-Gudjani ħallew il-gwerra tispiċċa u s-sena ta' wara fl-1919, qablu u ddeċidew bejniethom li jiffurmaw u jwaqqfu għaqda u każin. Hawnhekk insibu it-tliet fundaturi taċ-Circoio Musicale La Stella, jikru l-ewwel dar biex tilqagħhom bħala każin f'numru 1, Triq id-Dejqa, fejn kellha gallerija fis-sular ta' fuq, tagħti għall-pjazza. Dawn it-tliet fundaturl kienu Gio Maria Abdilla, li l-Gudjani kienu jafuh bħala "Ta' Bexxaq", Anġlu Dalli li kienu jsibuh bħala "Josu" u kif ukoll Carmelo Żammit, li nafuh bħala l-"Qondos". L-għan ewlieni li għalih ġiet imwaqqfa s-Soċjeta' Mużikali "La Stella" kien li titwaqqaf orkestra biex fil-festa tal-Madonna tar-Rużarjj tibda ddoqq kemm ġewwa l-knisja kif ukoll barra. Hekk twieled iċ-"Circolo Musicale La Stella", biex fil-1936, l-orkestra "La Stella" ġiet trasferita f'banda. Tal-Każin "La Stella", minn dejjem kellhom ideat progressivi. Ix-xiri tal-karozza li 'llum nafuhom bħala karozza tal-linja huwa eżempju ta' dan. Fis-sena 1925, jiġifieri meta l-każin "La Stella" kien ilu biss sitt snin imwaqqaf kien hemm fost is-soċi, numru minnhom mhux ħażin jaħdmu t-tarzna u billli dak iż-żmien kien għad m'hawnx mezzi ta' trasport ħlief xi karozzin, jew xi karettun bil-bhima, dawn il-ħaddiema kellhom ta' bilfors, imorru kuljum ġewwa Bormla u jiġu lura bil-mixi. Għaxar minn dawn is-soċi ħaddiema tat-tarzna ħarġu 20 lira sterlina kull wieħed li għal dak iż-żmien kienet somma kbira biex jixtru din il-karozza tal-linja. ll-karozza semmewha s-'Saint Mary'. Barra li din il-karozza kienet taqdihom biex imorru għax-xogħol it-tarzna, is-soċi ġieli kienu wkoll jorganizzaw xi ħarġa għal xi festa f'xi belt jew raħal. Pass għaqli minn missirijietna qalbiena kien li jmexxu s-sede tagħhom mid-dar numru 1, Triq id-Dejqa għal oħra fejn krew din id-darba l-post fejn qiegħdin illum, jiġifieri post numru 145, Pjazza tal-Knisja. Din id-dar antika kienet ir-residenza tal-kappillan u f'xi żmien ieħor serviet bħala Mużew għat-tagħlim tad-duttrina. Fl-1971, il-kumitat b'sagrifiċċji kbar, xtara din id-dar, biex b'hekk ikunu jistgħu jbiddlu u jagħmlu kostruzzjonijiet li jgħoddu għal każin ta' banda. Flok il-ħafna kmamar żgħar, inbnew żewġ swali kbar waħda isfel u oħra fuq. Fl-1990, il-kumitat ta' dak iż-żmien xtara dar oħra antika, maġenb u li tmiss mal-każin, li fiha kien hemm ġnien kbir u mill-ewwel inbidlet f'bitħa kbira għall-każin. ll-ħsieb imminenti kien li din id-dar antika tinħatt u jinbnew kmamar moderni, li huma ta' ħtieġa għal każin ta' banda fiż-żminijiet tal-lum. Fl-1986, il-kumitat tal-każin, flimkien mad-delegati tan-nar xtraw ħafna għelieqi 'l bogħod, iżda fil-limiti tal-Gudja, u bnew fihom kmamar moderni fejn ikun jista' jinħadem in-nar, skond il-liġijiet tal-pulizija. Ix-xogħol tal-bini sar mill-istess dilettanti tan-nar u hekk illum, 'La Stella Fireworks Factory', hija waħda mill-iżjed moderni u komdi li hawn f'Malta. | ||||||||||||||||
| Fireworks Displays for the feast of Our Lady of Rosary in Gudja. | ||||||||||||||||
| Referenzi: | ||||||||||||||||
Sit uffiċjali tas-Soċjeta' 'La Stella' tal-Gudja: www.lastellabandclubgudja.com.mt illum, 21 ta' Settembru 2009. | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
| The Statue of Our Lady of Consolation of Gudja is taken out of its niche, and the feast is declared as 'open'. | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
| The statue of Our Lady of Consolation of Gudja is carried shoulder-high out of the church. | ||||||||||||||||
| Twaqqif u firxa ta' Fratellanzi tal-Madonna taċ-Ċintura f'Malta. | ||||||||||||||||
| Kif wieħed jista' jimmaġina, il-kult lejn il-Madonna taċ-Ċintura beda meta daħal f'Malta l-Ordni Agostinjan. L-ewwel referenza li għandna f'Malta lejn id-devozzjoni tal-Madonna taċ-Ċintura tmur lura sas-sena 1594 fejn naraw li kien hemm xi kappella fl-Imdina, fejn 'Bieb il-Griegi', iddedikata lil San Nikola u li fiha nisbu altar iddedikat lill-Madonna taċ-Ċintura bi kwadru li jġib l-istess xbieha tal-Madonna, akkumpanjata minn San Nikola u Sant'Ambroġ. Sas-seklu 17, l-Ordni Agostinjan, kull fejn kien residenti f'Malta, jiġifieri fir-Rabat ta' Malta u ta' Għawdex, kif ukoll fil-Belt Valletta, kellu xi forma ta' qima, permezz ta' xi altar lil din il-Madonna taċ-Ċintura. Ġara li dak iż-żmien, il-Papa, bis-saħħa ta' digriet maħruġ mill-Kongregazzjoni Mqaddsa tal-Indulġenzi, ta lil dawn il-knejjes xi indulġenzi speċjali, liema digriet kien ikkonfermat mill-Papa ta' wara, jiġifieri mill-Papa Klement X f'ittra miktuba nhar is-27 ta' Marzu 1675. Dawn l-indulġenzi bdew jiġbdu lejhom nies mhux ħażin u ħafna kienu jkunu dawk id-devoti li jattendu u jqimu lil din il-Madonna f'dawn il-knejjes Agostinjani biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-grazzji ta' dawn l-indulġenzi. Ġara li meta raw hekk, ħafna qassisin u kappillani ddeċidew li jwaqqfu fil-parroċċi tagħhom, fratellanzi bil-qima lejn il-Madonna taċ-Ċintura, imma biex jagħmlu dan kien jeħtiġilhom li jieħdu permess mingħand il-Prijur Ġenerali tal-Ordni Agostinjan ta' dak iż-żmien, l-iktar ukoll minħabba xi parroċċi kienu wisq viċin ta' xulxin, uħud minnhom b'inqas minn 3 mili biss 'l bogħod minn xulxin, fattur li dak iż-żmien kien jgħodd ħafna biex wieħed jingħata permezz iwaqqaf xi ħaġa ġdida. Id-dokumenti storiċi juruna b'mod ċar li l-ewwel parroċċa li bbenefikat mit-twaqqif ta' Fratellanza bit-titlu tal-Madonna taċ-Ċintura, kienet dik ta' Ħal-Luqa fis-sena 1719, meta xi terzjarji tal-Ordni Agostinjan residenti f'Ħal Luqa talbu l-għajnuna ta' qassis biex jgħinhom f'din ix-xewqa. Qatgħu xewqithom ukoll il-parruċċani ta' Ħ'Attard u Ħaż-Żebbuġ u fl-1721 twaqqfet Fratellanza taħt l-istess titlu fil-Mosta. Fl-1727, twaqqfu l-Fratellanzi taċ-Ċintura ta' Ħal-Lija u l-Gudja. Każ interessanti huwa dak ta' Ħal Qormi fejn għalkemm il-Fratellanza taċ-Ċintura twaqqfet x'imkien bejn l-1735 u l-1747, il-knisja parrokkjali kien diġa' kellha kwadru ddedikat lil din il-Madonna sa mill-1723. Aktar tard, parroċċi oħra li daħħlu l-qima lejn din il-Madonna billi waqqfu fratellanzi għaliha kienu dawk ta' Ħaż-Żabbar, tal-Qrendi, ta' Ħal-Għargħur u taż-Żejtun. L-aħħar żewġ parroċċi li nafi li waqqfu fratellanzi taħt dan it-titlu kienu dawk ta' Ħal-Tarxien u tal-Għarb f'Għawdex. Dawn il-fratellanzi twaqqfu b'insistenza minn terzjarji membri tal-Ordni Agostinjan. | ||||||||||||||||
| The procession with the Statue of Our Lady of Consolation of Gudja is back in church, while the orchestra performs the most awaited antiphon. | ||||||||||||||||
| Il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Gudja | ||||||||||||||||
| Il-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Gudja taf il-bidu tagħha fis-sena 1727, meta l-Prokuratur tal-knisja, Giovanni Abdilla, ħallas minn butu artal iddedikat lill-Madonna taċ-Ċintura. L-imħabba lejn din il-Madonna tant kibret li twaqqfet niċċa f'kantuniera fejn illum insibu l-għassa tal-pulizija. L-istatwa f'din in-niċċa mhija ta' ħadd ħlief ix-xogħol tal-bravu skultur Żejtuni Xandru Farrugia. Fis-sena 1839, din l-istatwa ingħatat xi indulgenza għal min jieqa u jitlob quddiemha. Ninnutaw li f'perjodu ta' inqas minn tletin sena, f'Malta twaqqfu mhux inqas minn 11-il Fratellanza ddedikati lill-Madonna taċ-Ċintura. Id-devozzjoni lejn il-Madonna taċ-Ċintura baqgħet tikber sal-ġurnata tal-lum. Sa ftit snin ilu l-festa taċ-Ċintura fil-Gudja kienet issir jew fl-aħħar Ħadd t'Awwissu jew inkella l-ewwel Ħadd ta' Settembru, iżda dawn l-aħħar snin ġiet trasferita għall-aħħar Ħadd ta' Ottubru. Il-Fratellanza għandha wkoll għaxar bukketti tal-ganutell fuq l-artal tagħha u nħadmet girlanda tal-ganutell biex tintrama fejn is-sieq tal-istatwa tal-Madonna taċ-Ċintura. | ||||||||||||||||
| Church Art, Band Music, Fireworks and Street Decorations for the feast of Our Lady of Consolation in Gudja. | ||||||||||||||||
| Żvilupp tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta, Gudja. | ||||||||||||||||
| Jekk fuq ġewwa l-festi huma f'idejn il-Fratellanza li tkellimna dwarha, fuq barra l-festa tieħu ħsiebha l-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja, l-għaqda li twaqqfet fis-sena 1919. Fl-istorja tal-Gudja nsibu li sas-sena 1883 kien jeżisti xi partit iddedikat lil Santa Marija, jiġifieri t-Titular tal-parroċċa tal-Gudja imma minħabba xi diżgwid dan għalaq il-bibien tiegħu fis-sena 1915 biex imbagħad twaqqfu ż-żewġ għaqdiet li nafu bihom illum. Fil-bidu tas-sena 1919, is-sinjuri Abraham Żammit, Loretu Thewma, Giuseppi Gatt and John Baldacchino bdew diskussjonjiet biex iwaqqfu għaqda mużikali li tieħu sehem kemm fil-festa titulari ta' Santa Marija u kemm f'dik tal-Madonna taċ-Ċintura. Ma' din l-idea qablu ħafna nies u fil-25 ta' Mejju tas-sena 1919 twaqqaf iċ-"Circolo Musicale Indipendente'. Is-sena 1919 tfakkarna fl-irvellijiet tas-Sette Giugno, fejn din l-Għaqda wriet rispett lejn il-vittmi Maltin billi tellgħet bandiera mezzasta mal-każin tagħha. Aktar tard matul dik is-sena twaqqfet l-Orkestra tant mistennija taħt id-ditrezzjoni ta' Maestro Ferdinando Falzon. L-Għaqda bidlet isimha fl-1936 meta ssemmiet għar-Re Edwardu VIII. Bejn l-1939 u l-1945, fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, is-Soċjeta' għaddiet is-sede tagħha biex jintuża mill-Awtoritajiet Governattivi ta' dak iż-żmien bħala kenn għal dawk li kienu tilfu djarhom. Fl-attakk tat-12 t'April tal-1942, il-każin kien intlaqat minn bomba tal-għadu u d-dokumenti kollha flimkien ma' tifkiriet storiċi oħra ntilfu darba għal dejjem. Fl-10 ta' Settembru tal-1943, is-Soċjeta' fdat ir-responsabbilta biex minn orkestra ssir banda f'idejn is-surmast Anthony Micallef, liema banda mbagħad ġiet imbierka mill-Isqof Emanuel Galea fit-13 t'Awwisu tal-1944 taħt l-isem "Our Lady Of Consolation". Fis-sena 1993, is-Soċjeta' bidlet isimha għal dak preżenti 'Għaqda Mużikali Marija Assunta, Gudja'. L-Għaqda għadha sal-lum tieħu sehem kemm fil-festa Titulari ta' Santa Marija kif ukoll f'dik tal-Madonna taċ-Ċintura. | ||||||||||||||||
Promo for Feast October 2009. | ||||||||||||||||
| Referenzi: | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||